Jumejn biss qabel il-finali tat-Tazza tad-Dinja, Franza jinsabu fi kriżi hekk kif teżisti possibbiltá kbira li d-difensuri Raphael Verane u Ibrahima Konate ma jilagħbux minħabba li ma jifilħux permezz ta’ virus.
Ta’ min jgħid li kontra l-Marokk kien hemm żewġ players neqsin għall-istess raġuni. Dawn kienu l-midfielder Adrien Rabiot u d-difensur ċentrali Dayot Upamecano.
Barra minn hekk, Les Bleus bdew it-tournament mingħajr Paul Pogba u N’Golo Kante li tħallew barra mill-iskwadra minħabba injury fit-tul filwaqt li Karim Benzema ntbagħat lura d-dar tlett ijiem qabel ma bdiet it-Tazza tad-Dinja minħabba li sofra injury waqt it-taħriġ.
Huma tilfu wkoll lil Lucas Hernandez meta sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa fl-ewwel partita tagħhom biex se jitlef il-kumplament tal-istaġun.