Franza……………….2
Marokk………………0
Franza kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra l-Marokk biex b’hekk se jknu qed jaffrontaw lill-Arġentina fil-finalissima ta’ nhar il-Ħadd. Il-goals għalihom waslu wieħed f’kull taqsima minn Theo Hernandez u Randal Kolo Muani, rispettivament.
Franza fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu wara biss ħames minuti meta l-ewwel Kylian Mbappe kellu żewġ xuttijiet imblukkati, biex mir-rebound, il-ballun intemm għand Theo Hernandez, li minn pożizzjoni ideali, tefa’ ġewwa, b’din tkun l-ewwel darba li l-Marokk kienu minn taħt f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, waqt li dan kien ukoll l-ewwel goal li sofrew il-Marokkini f’din it-Tazza tad-Dinja minn player avversarju, hekk kif il-goal l-ieħor li kienu sofrew kontra l-Kanada fil-fażi tal-gruppi, kien wasal proprju minn auto-goal ta’ Nayef Aguerd.
Il-Marokk tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fil- meta corner ta’ Hakim Ziyech ġie mtajjar bir-ras minn Olivier Giroud f’tarf il-kaxxa, b’Jawad El Yamiq jittanta xortih permezz ta’ rovexxjata mill-isbaħ, bil-ballun iżda jaħbat ma’ sieq il-wieqfa, bil-Franċiżi jeħilsuha ħafif.
Franza ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal fit-80 minuta meta Kylian Mbappe kellu xutt devjat minn Abdessamad Ezzalzouli li ntemm għand is-sostitut randal Kolo Muani li kien ilu biss 44 sekonda fl-ground, li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka, b’dan ikun it-tieni l-iktar goal veloċi minn sostitut fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Franza: Hugo Lloris, Jules Kounde, Raphael Varane, Ibrahima Konate, Theo Hernandez, Aurelien Tchouameni, Youssouf Fofana, Ousmane Dembele (Randal Kolo Muani 78), Antounr Griezmann, Kylian Mbappe, Olivier Giroud (Marcus Thuram 65) Coach: Didier Deschamps
Marokk: Yassine Bounou, Achraf Amiki, Jawad El Yamiq, Nayef Aguerd, Romain Saiss (Selim Amallah 21) (Abdessamad Ezzalzouli 78), Noussair Mazraoui (Yahia Attiyat-Allah 46), Hakim Ziyech, Azz-Eddine Ouanani, Sofyan Amrabat, Sofiane Boufal (Zakaria Abouklal 66), Youssef En-Nesyri (Abderrazak Hamdallah 66) Coach: Walid Regragui
Referee: Cesar Arturo Ramos (Messiku)
Ammoniti: S. Boufal (M)