Wara li l-kowċ Sylvain Ripoll irriżenja mill-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena ta’ Franza, il-federazzjoni tal-pajjiż qed tfittex bniedem ieħor sabiex imexxi lit-tim għal-Logħob Olimpiku li se jsir fis-sajf li ġej.
Favorit li jieħu din il-kariga hu l-eks attakkant internazzjonali Franċiż Thierry Henry li għandu diġa’ xi esperjenzi bħala kowċ għalkemm hemm ukoll imsemmi Jocelyn Gourvennec li kien anke kowċ ma’ Guingamp u Lille.