Monday, November 4, 2024

Franza jibdew id-difiża tagħhom kontra l-Awstralja

Aqra wkoll

It-Tlieta, fit-8.00 pm, iċ-champions renjanti, Franza, “jibdew id-difiża tagħhom” kontra l-Awstralja. 

Les Bleus jimmiraw li jsiru t-tielet team, wara l-Italja u l-Brażil, li jiddefendu t-titlu tagħhom b’suċċess fejn jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti. Barra minn hekk jimmiraw li jirbħu dan l-aqwa unur mondjali għat-tielet darba wara l-1998 u l-2018.

L-Awstralja kkwalifikaw għall-fażi finali permezz tal-għoti tal-penalties kontra l-Perú fil-finali tal-play-off biex din se tkun il-ħames dehra konsekuttiva tagħhom. L-aħħar klassifikazzjoni tagħhom kienet ir-round tal-Aħħar 16, fl-2006.

Bla dubju, konxji mill-qawwa tal-Franċiżi, l-Awstralja jinżlu bi pjan difensiv u joperaw bil-kontrattakki.

Minbarra li kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Paul Pogba u N’Golo Kante, fl-aħħar jiem Franza tilfu wkoll lil Christopher Nkunku, Presnel Kimpembe u Karim Benzema fejn Kolo Muani, Axel Disasi u Oli­vier Giroud, mistennija jkunu s-sostituti tagħhom rispettivament.

Għall-Awstraljani, Harry Souttar mistenni li jitlef l-ewwel logħba ta’ dan it-tournament wara li għadu qed jingħata trattament għal injury fl-irkoppa. Martin Boyle ġie eskluż mill-iskwadra filwaqt li Ajdin Hrustic mistenni jkun fil-formazzjoni inizjali wara li rkupra għal kollox minn injury fl-għaksa.

Sport