Finalment, fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-istaġun 2025 b’żewġ laqgħat ta’ tiġrijiet li nkludew erbatax -il tiġrija kollha tat-trott. Minn dawn spikkaw l-aktar tnejn tal-laqwa klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebħu minn Frappe Fort u Taiga Woodland.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier li saret is-Sibt. Hawnhekk Frappe Fort (Jesmar Gafa’) ħa l-ewwel rebħa f’Malta wara li kien il-ħin kollu quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel bi tliet tulijiet minn Onas Quintus (Rodney Gatt) u Dragster De Bomo (Cliferty Calleja). Marrakesh (Owen Borg) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Id-debuttant Franċiż Follow Me Flash (Rodney Gatt), li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza tat-tieni tiġrija Premier li saret il-Ħadd, ma seta’ jagħmel xejn f’nofs id-dritta finali quddiem il-qawwa ta’ żiemel ġdid ieħor, l-Iżvediż Taiga Woodland (Cherise Farrugia). Dan temm rebbieħ b’Condior (Paul Galea) u d-debuttant ieħor minn Franza El Presidente (Charles Camilleri) temmew warajhom f’dik l-ordni.
Ir-riżultati kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fanfan Stuart (R. Gatt) Ħin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Himitri Star (J. Spiteri) 3, Conflit (T. Demanuele) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Iriac Du Passage (E. Attard) Ħin – 2.49.9” (1.19.4”) 2. Islandais (R. Gatt) 3. Kalina d’Ep (P. Galea) – Iza Bella Queen (M. Mizzi)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Just Be Proud (R. Gatt) Ħin – 2.49.6” (1.19.3”) 2. Boss Crowns (N. Baldacchino) 3. Express Novo (I. Galea) 4. Galys Du Patural (P. Galea)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Hopusteponalego (N. Baldacchino) Ħin – 2.49.7” (1.19.3”) 2. Dynamic La Borie (R. Gatt) 3. Elixir D’Anama (M. McKay) 4. Cristal Jihaime (Ch. Gauci)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Carbonfiber (J. Gafa’) Ħin – 2.45” (1.17.4”) 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Fahrenheit Flower (D. Baldacchino) 4. Ex Aequo De Cosse (R. Gatt)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Frappe Fort (J. Gafa’) Ħin – 2.47.9” (1.18.4”) 2. Onas Quintus (R. Gatt) 3. Dragster De Bomo (C. Calleja) 4. Marrakesh (O. Borg)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lee Harvey Bros (P. Galea) Ħin – 2.48.6” (1.18.8”) 2. Argo Lux (L. Frendo) 3. Gabi Goes To Paris (F. Mallia) 4. Emelie E (D. Baldacchino)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Invite De Star (J. Zahra) Ħin – 2.51.7” (1.20.3”) 2. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 3. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) 4. Jewel Dream (Ch. Gauci)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.51.8” (1.20.3”) 2. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’) 3. Fabio De La Vallee (I. Galea) 4. Ikarus Fligny (R. Gatt)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) Ħin – 2.50.1” (1.19.5”) 2. Crazy Boy (L. Zammit) 3. Boston Wise L (I. Stivala) 4. Ginko De La Vallee (P. Galea)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Holger (P. Galea) Ħin – 2.51.9” (1.20.3”) 2. Fosbury Zet (N. Baldachcino) 3. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 4. Cash On Line (M. Bonnici)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Indigo De Godrel (N. Baldacchino) Ħin – 2.49.3” (1.19.3”) 2. Dats Trixi (J.C. Pace) 3. Miracle Of Heaven (Ch. Briffa) 4. Love Your Choice (E. Farrugia)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Taiga Woodland (Cherise Farrugia) Ħin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Follow Me Flash (R. Gatt) 3. Condior (P. Galea) 4. El Presidente (Ch. Camilleri)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dream Along (P. Galea) Ħin – 2.49.4” (1.19.2”) 2. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 3. Hattusa (K. Sciberras) 4. Liam Dana (C. Camilleri)