Saturday, December 14, 2024

FRATELLI TUTTI

Melvic Zammit
Melvic Zammit
Ġurnalist

Aqra wkoll

Stħarriġ li sar fuq livell nazzjonali juri li l-Maltin ma jħossuhomx komdi bil-multikulturaliżmu. Meta rajt din l-istatistika staqsejt bejni u bejn ruħi: “Li kieku kellu jerġa’ jiġi San Pawl, b’għexieren ta’ nies miegħu, x’konna ngħidu? X’konna nagħmlu?” Niesna laqgħuh, tant li ssemmejna fl-Atti tal-Appostli.  “Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb.” (Atti 28:1-2) Iżda llum, li kieku ġie llum – ma nafx x’kien jiġri. Bħal qisu l-baħar, li jagħmel parti sew mill-identità tagħna, minflok narawh opportunità, inqisuh bħala sfida għax iġib nies li ma applikawx biex jiġu jew m’għandhomx il-flus biex isiru ċittadini.

Ninnota li hemm tensjoni bejn il-globalizzazzjoni u l-lokalizzazzjoni. Filwaqt li rridu nagħtu attenzjoni lid-dimensjoni globali biex ma naqgħux fil-medjokrità li ġġib magħha l-ħajja ta’ kuljum, ma rridux ninsew dak li hu lokali. Fi kliem il-Papa Franġisku fl-enċiklika Fratelli Tutti,  it-tnejn magħqudin flimkien ma jħalluna bl-ebda mod naqgħu f’xi wieħed minn dawn iż-żewġ estremi: l-ewwel, li ċ-ċittadini jkollhom jgħixu f’universaliżmu astratt u globalizzanti; it-tieni, li jsiru mużew tal-folklor, ta’ eremit li moħħhom imwaħħal mal-post tagħhom, ikkundannati li jirrepetu l-istess ħwejjeġ bla ħila li jisfidaw dak li hu differenti u li japprezzaw il-ġmiel li Alla  jxerred lil hemm mill-konfini tagħhom.

Ekonomija

Sport