Il-player numru wieħed tad-dinja, il-Pollakka Iga Swiatek, kompliet bil-mixja tagħha lejn it-tielet titlu tal-French Open meta fis-semi-finali għelbet lill-Brażiljana, Beatriz Haddad Maia, 6-2 7-6 (9-7) f’sagħtejn u 9 minuti. Fil-finali ta’ għada hija tiltaqa’ kontra ċ-Ċeka, Karolina Muchova.
Muchova, għaddiet għall-ewwel finali tagħha tal-Grand Slam fl-aktar post li ma stennietx, fejn salvat match-point u wżat rimonta mqanqla li fiha rebħet l-aħħar ħames games minkejja li ffaċċjat problemi f’riġlejha għal rebħa ta’ 7-6 (7-5), 6-7 (5-7), 7-5 fuq is-seed numru 2, Aryna Sabalenka tal-Belarus.
Sabalenka, li f’Jannar rebħet l-Australian Open, kienet punt milli tispiċċa s-semi-finali li damet tliet sigħat u 13-il minuta meta kienet 5-2 minn fuq fit-tielet set iżda mbagħad ikkollassat, u waqqgħet 20 minn 24 punt li kien imiss.
Kien diffiċli li tiddeċiedi liema kienet l-aktar stupenda: li Sabalenka tilfet – jew il-mod kif tilfet. Iżda l-fatt huwa li fil-ġurnata Muchova kienet l-aħjar player.
Meta tinsab fit-43 post tar-rankings, Muchova hija r-raba’ l-inqas finalista tan-nisa fl-istorja ta’ dan l-Open.