Sunday, November 24, 2024

French Open: Novak Djokovic jikser ir-rekord ta’ 23 Grand Slam fil-kategorija tal-irġiel

Aqra wkoll

It-tennista Serb, Novak Djokovic, wera l-kobor tiegħu għal darb’oħra hekk kif rebaħ il-French Open meta għeleb lin-Norveġjiż Casper Ruud biex irreġistra r-rekord ta’ 23 Grand Slam. 

Djokovic ta’ 36 sena kien ‘il bogħod mill-forma solita tiegħu fl-istadji inizjali iżda l-kwalità tiegħu f’tie-break tal-ewwel set poġġietu fil-pjattaforma ġusta għal rebħa 7-6 (7-1) 6-3 7-5.

Huwa sar ukoll l-ewwel tennista li rebaħ l-erba’ Grand Slams għal mill-inqas tliet darbiet. 

Ir-rebħa fuq it-tafal ta’ Pariġi tpoġġih flimkien ma’ Serena Williams f’termini ta’ titli ewlenin, b’Margaret Court biss issa tinsab fil-quċċata tal-lista b’total ta’ 24 Grand Slam.

Djokovic se jkollu l-opportunità li jista’ jilħaq dan ir-rekord hekk kif ix-xahar id-dieħel huwa jilgħab fit-tournament ta’ Wimbledon – liema post diġá rebaħ seba’ darbiet fejn jista’ jilħaq ukoll ir-rekord ta’ Roger Federer bit-tmien suċċess. 

Sport