Saturday, December 28, 2024

Frenkie de Jong fil-mira ta’ Manchester City u Bayern Munich

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong jidher li qed jitqies bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għal Manchester City u Bayern Munich.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena stabbilixxa ruħu bħala player regolari tal-ewwel team mill-wasla tiegħu fl-2019, u għamel total ta’ 104 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, l-internazzjonali Olandiż qed ikollu prestazzjonijiet mhux daqshekk sodisfaċenti fi żmien meta jkun hemm bżonn li jsir aktar bejgħ fit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.

Dan wassal biex clubs bħal Man City u Bayern bdew isegwu kwalunkwe żvilupp ta’ De Jong.

Filwaqt li l-player għandu kuntratt fil-Camp Nou sal-2026, il-ġganti Katalani mistennija jkunu miftuħa għall-bejgħ bil-prezz tajjeb.

City jistgħu jaraw lil De Jong bħala sostitut potenzjali għal Fernandinho, b’Bayern aktar attirati lejn il-player li jkun qed joffri aktar kompetizzjoni f’nofs il-ground.

Ekonomija

Sport