Minkejja kull tentattiv ta’ Barcelona biex iġiegħlu lill-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, biex jingħaqad ma’ Manchester United, dan il-player ta’ 25 sena saħaq li ma jridx jiċċaqlaq.
Matul il-lejl li għadda kien hemm taħdidiet bejn id-diriġenti tal-club u l-aġent tal-player fejn il-Katalani jridu li De Jong akkost ta’ kollox wara li ż-żewġ clubs laħqu ftehim ta’ €85 miljun.
Huma jridu jużaw dawn il-fondi biex jiffirmaw lil Raphinha (Leeds United), lil Franck Kessie (Milan) u lil Andreas Christensen (Chelsea).
Peró De Jong għandu jieħu salarju ta’ €25 miljun bl-arretrati u għaldaqstant qed jinsisti li mhux se jiċċaqlaq.