Thursday, October 16, 2025

Frenkie De Jong iġedded ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Frenkie de Jong se jkompli jilbes il-flokk ta’ Barcelona għal erba’ snin oħra wara li ffirma kuntratt ġdid sat-30 ta’ Ġunju 2029.

Il-ftehim jinkludi tnaqqis sinjifikanti fis-salarju u jikkonferma l-importanza tiegħu fil-proġett fit-tul ta’ Hansi Flick. Qabel kien imħallas madwar €23 miljun fis-sena, iżda issa s-salarju tiegħu se jinbidel biex ikun f’livell simili għal dak ta’ Pedri u Raphinha.

Il-klawsola tal-kuntratt issa tilħaq €500 miljun, b’sinjal ta’ fiduċja sħiħa mill-klabb lejn il-plejer ta’ nofs il-grawnd Olandiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport