Il-midfielder internazzjonali Olandiż Frenkie de Jong sostna li jixtieq jibqa’ ma’ Barcelona minkejja l-interess li wrew fih Manchester United.
De Jong sostna li kieku ried kien jitlaq minn mal-ġganti Katalani fil-bidu tas-sajf meta l-klabb kien diġa’ qed jaffaċċja problemi finanzjarji.
Minkejja kollox, De Jong stabilixxa ruħu fid-dipartiment ta’ nofs il-grawnd tal-kowċ Xavi u għalhekk iħossu parti integrali minn dan it-tim.
De Jong ilu mal-Blaugrana sa mis-sena 2019 fejn lagħab 128 partita u skorja 10 gowls.