Saturday, December 28, 2024

Frenkie De Jong irid jingħaqad ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie de Jong, ħabbar li jrid jitlaq lil Barcelona fejn informa lill-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, li jrid jingħaqad magħahom. 

De Jong kellu taħdidiet bit-telefon ma’ Ten Hag fejn urieh ix-xewqa li jrid imur jilgħab f’Old Trafford. 

Fis-sajf li għadda, il-player ta’ 25 sena kien marbut ħafna li seta’ jingħaqad mar-Red Devils iżda għażel li jibqa’ mal-club Katalan. 

Infatti f’konferenza tal-aħbarijiet li kien indirizza fis-sajfa, huwa kien qal: “Interess ta’ Chelsea u Man United? F’Mejju kont diġà ddeċidejt li ridt nibqa’ ma’ Barcelona. Qatt ma bdilt din id-deċiżjoni matul is-sajf.”

Madankollu, skond rapporti,  De Jong bidel id-deċiżjoni tiegħu minn mindu għamel dawk il-kummenti.

Bla dubju, din il-bidla ta’ deċiżjoni rrabjat lid-diriġenza ta’ Barcelona wara li kien irrifjuta li jħalli l-club meta ġie mġiegħel minħabba problemi finanzjarji li ffaċċja l-club.

Issa li jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika, De Jong qed jara lil Manchester United minn lenti oħra u għaldaqstant jinsab lest li jingħaqad magħhom anke f’dan ix-xahar. 

Min-naħa tagħhom, ir-Red Devils għandhom bżonn is-servizzi ta’ midfielder tal-livell ta’ De Jong. 

Peró, Barcelona mhux se jħalluh jitlaq b’inqas minn €75 miljun.  

Ekonomija

Sport