Il-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong, qed jirrifjuta li jinnegozja biex jitlaq lil Barcelona.
Dan minkejja li l-club Katalan hedded lill-istess player li jista’ jiftaħ proċeduri legali kontra l-istess player minħabba li l-kuntratt tiegħu, magħmul mill-ammistrazzjoni preċedenti, huwa wieħed illegali.
Peró l-player ta’ 25 sena saħaq li se jibqa’ ma’ Barcelona sakemm jintemmlu l-kuntratt kif ukoll mhux se jaċċetta li jitnaqqaslu s-salarju. Dan minbarra li għandu jieħu €17-il miljun f’arretrati li ma tħallasx waqt il-pandemija tal-Covid-19.