Il-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, talab biex iħalli lil Barcelona minħabba li ma jridx joqgħod aktar fuq il-bank tas-sostituti hekk kif il-coach Xavi Hernandez qed jippreferi li jilgħab lil Gavi u lil Pedri minflok.
Dan il-player ta’ 25 sena, aċċetta li ż-żmien tiegħu mal-club Katalan wasal fi tmiemu wara li fis-sajf li għadda għamel minn kollox biex ibiegħ lill-Olandiż.
Manchester United kienu l-aktar club li ġera wara l-firma tiegħu iżda bl-ebda mod ma ried imur jilgħab f’Old Trafford. Iżda issa l-affarijiet jistgħu jinbidlu hekk kif f’Jannar lest li jitlaq lill-club.
Peró huwa għandu jieħu salarju ta’ €17-il miljun f’arretrati liema somma l-club qed jinsisti biex jiġu maħfura minħabba li dawk kienu taż-żmiem tal-pandemija tal-coronavirus.
Iżda De Jong qed jinsisti li għandu jieħu s-salarju kollu għax dak huwa dovut lilu.