Monday, September 30, 2024

Frenkie De Jong minflok Rodri?

Aqra wkoll

Manchester City individwaw lil Frenkie de Jong bħala l-plejer ta’ nofs il-grawnd li jista’ jieħu post il-midfielder Spanjol Rodri. Dan tal-aħħar weġġa’ serjament u tista’ tgħid li għandu staġun barra.

Min-naħa tiegħu, De Jong jilgħab ma’ Barcelona fejn f’dawn l-aħħar snin stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa plejers f’dan ir-rwol. Minkejja kollox, il-kowċ tal-Katalani Hansi Flick mhux se jħallih jitlaq minħabba li għandu bżonnu għal dan l-istaġun għalkemm The Citizens mhux se jaqtgħu qalbhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport