Il-club ta’ Barcelona jrid iġib fi tmiem is-saga tal-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, billi fuq il-mejda poġġielu tliet għażliet … jingħaqad ma’ Manchester United jew inkella ma’ Chelsea … u jekk irid jibqa’ mal-club irid jieħu tnaqqis fil-paga.
De Jong għandu jieħu €14-il miljun f’salarji minħabba li fi żmien il-pandemija tal-Covid-19 il-club kien iddeċieda li ma jħallasx lill-players u għaldaqstant dawk huwa arretrati dovuti lill-player ta’ 25 sena.
Huwa ġie mitlub biex f’dawn il-ġranet li ġejjin jieħu deċiżjoni minħabba li l-Katalani jridu jieħdu triq oħra għall-fatt li l-akkwisti l-ġodda ma jistgħux jilagħbu minkejja li huma reġistrati. Dawn huma Franck Kessie, Anderson Christensen, Raphinha, Robert Lewandowski u Jules Kounde.
L-aħjar deċiżjoni għall-club hija li De Jong jitlaq u jfittex avventura oħra biex tiegħu jdaħħlu s-somma ta’ €80 miljun.