Il-wirjiet tad-difensur internazzjonali Olandiż Frenkie de Jong ma’ Barcelona qed jitjiebu tant li l-kowċ Hansi Flick qed itih ħafna iktar fiduċja. Wara xi xhur ferm inċerti minħabba l-injury li kellu fl-għaksa u anke ħafna problemi personali, De Jong inbidel mil-lejl għan-nhar u qed ikun prominenti fid-difiża tal-Blaugrana.
Il-plejer kien viċin li jitlaq lit-tim iżda kollox jista’ jinbidel hekk kif qed jingħad li jista’ jġedded il-kuntratt attwali tiegħu għal sentejn oħra.
De Jong għandu 27 sena u ilu mal-Katalani sa mis-sena 2019 fejn fihom skorja 14-il gowl f’161 partita.