Il-proprjetarji ta’ AS Roma Dan u Ryan Friedkin tkellmu dwar il-kowċ il-ġdid Daniele de Rossi li nħatar sabiex imexxi l-klabb b’kuntratt sat-30 ta’ Ġunju li ġej.
Il-familja Friedkin tkellmet dwar x’ifisser De Rossi għall-klabb bħal Roma u sostnew li jinsabu kuntenti li qed ituh ir-riedni tat-tim f’idejh.
Ilbieraħ, l-eks midfielder difensiv ta’ Roma mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fi Trigoria bil-plejers jisimgħu diskors qasir fejn fih hu enfasizza li issa hu ż-żmien li jbiddlu r-rotta wara perjodu xejn pożittiv li għaddejjin minnu.
De Rossi ħa post Jose Mourinho li tneħħa mill-kariga, it-Tlieta filgħodu.