Thursday, August 7, 2025

F’sena daħlu aktar minn 39,000 telefonata fuq il-Helpline 138 

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem il-helpline 138, is-servizz ċentralizzat li kompla jgħaqqad liċ-ċittadini flimkien mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l- Awtorità għas-Saħħa u sSigurtà fuq ix-Xogħol (OHSA) immarka sena mit-tnedija tiegħu. “Qed nimmarkaw l-ewwel sena tal-Helpline 138, servizz ċentralizzat u disponibbli 24 siegħa kuljum li sar punt ta’ referenza essenzjali għal kull kwistjoni relatata malkostruzzjoni, is-saħħa u s-sigurtà. 

Matul din is-sena, is-servizz irċieva 39,171 telefonata – medja ta’ 107 telefonati kuljum – li jixhdu r-rwol kruċjali tiegħu fil-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku. Din l-inizjattiva, imnedija bħala parti minn riformi usa, tirrifletti l-impenn sod tagħna biex intejbu l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni. Se nkomplu ntejbu dan is-servizz biex jibqa’ proattiv, effettiv, u simbolu tal-għan tagħna li nipproteġu l-ħajjiet u nsaħħu l-kontabbiltà fuq kull sit ta’ kostruzzjoni”, sostna l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard. 

It-telefonati komplew jikkonfermaw kemm l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ixxogħol (OHSA) u dik tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) komplew joqorbu lejn iċ-ċittadini permezz ta’ din il-linja ċentralizzata. Infatti dawn it-telefonati huma maqsumin 8,367 indirizzatti lill-OHSA u 30,804 lill-BCA. “Ir-rispons daqstant numeruż huwa riżultat tal-inizjattivi u r-riformi li komplejna nwettqu fl-aħħar xhur. 

It-tnedija tal-helpline kienet biss il-bidu. Użajna kampanja edukattiva biex inkomplu ngħarrfu lill-pubbliku bis-servizzi li komplejna nżidu minn żmien għal żmien”, qalet il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Dr Josianne Cutajar. Fakkret dwar kif fl-aħħar xhur bħala awtorità inawgurat Hub ġdid f’Għawdex, daħħlet regolamenti ġodda relatati mas-Saħħa u s-Sigurtà f’siti ta’ Kostruzzjoni, kompliet bilkampanji relatati mas-Saħħa u s-Sigurtà tal-ħaddiema fost l-oħrajn fejn jidħlu temperaturi għoljin u żieda drastika fl-ammont ta’ spezzjonijiet meta kkumparat massnin ta’ qabel. 

“L-appell jibqa’ wieħed konsistenti. Il-138 jista’ jkun l-għaqwa għodda biex nsalvaw ilħajjiet. Qegħdin ikollna ħafna każi ta’ persuni li jxerrdu ritratti u filmati fuq il-midja bla ma jindikaw il-post. Dak li jkun għandu jagħmel użu minn din is-sistema ċentralizzata biex anke b’mod anonimu jikkuntattjana u jgħaddilna d-dettalji biex inkunu nistgħu nintervjenu aktar malajr”, temmet tappella Dr Cutajar. 

Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-BCA l-Perit Roderick Bonnici sostna li l-138 kien inizjattiva waħda minn sensiela ta’ ħidma kollaborattiva bejn iż-żewġ awtoritajiet inkluż bi ftehim li kompla jsaħħaħ l-ispezzjonijiet konġunti lejn standards ogħla fuq l-lantijiet tax-xogħol. Barra minn hekk introduċejna żewġ skemi importanti “Ixtri Proprjetà Sostenibbli” u “Irrinova Darek” li se jkomplu jinċentivaw binjiet aktar sostenibbli. “Fost numru ta’ inizjattivi u riformi li wettaqna, għall-ewwel darba l-BCA se jkollha rendikont tal-kuntratturi skont kategoriji ta’ Twaqqigħ, Skavar u Bini. 

Qegħdin inkomplu f’dan il-proċess anke fejn jidħlu l-liċenzjar tal-Bennejja lejn kuxjenza t’aktar serjetà u responsabbiltà fis-settur. Il-ħidma tinsab għaddejja wkoll fejn jidħlu l-iskill Cards fejn fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin nwettqu riforma oħra tant meħtieġa,” żied jgħid il-Perit Bonnici. Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard faħħar l-impenn tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol u Servizz.gov

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport