Friday, November 15, 2024

F’sena tressqu l-Qorti 42 persuna involuti fi ġlied fil-Belt Valletta.

Aqra wkoll

F’perijodu ta’ 12-il xahar sa Novembru ta’ din is-sena kien hemm 42 persuna li tressqu l-Qorti wara li kienu involuti fi ġlied f’postijiet pubbliċi fil-Belt Valletta.  

Il-Ministru il-Ministru għas-Sigurtá, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ta dan it-tagħrif fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalist Darren Carabott. 

Fl-istess kuntest, il-Ministru Camilleri rrimarka wkoll li ma kien hemm ebda rapporti dwar ġlied fi ħwienet fil-Belt Valleta fil-perijodu msemmi.

Intant, fi tweġiba separata għal mistoqsija oħra tal-istess Deputat Nazzjonalista, il-Ministru Camilleri qal li In-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu mill-pulizija u l-aġenziji tas-sigurta bejn Novembru tal-2022 l-15 ta’ Novembru ta’ din is-sena, fil-Belt Valletta, ammonta għal 679 każ. 

Ekonomija

Sport