Sunday, December 22, 2024

F’sentejn kien hemm 4 minuri ċemplu 179

Aqra wkoll

Bejn Jannar tas-sena li għaddiet u Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 4 minuri li ċemplu fuq il-Helpline 179 u talbu għall-għajnuna.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Falzin qal li s-servizz tan-National Supportline 179 huwa wieħed ibbażat fuq l-anonimità u li, għaldaqstant, hija fid-diskrezzjoni ta’ min iċempel jekk jagħtix dettalji personali jew le, inkluż l-età.

“F’dan il-kuntest, nista’ ngħarraf li fis-sena 2023 kien hemm biss sejħa waħda fejn min ċempel ta d-dettalji u żvela li l-età kienet bejn l-14 u s-17-il sena,” qal il-Ministru Falzon fil-Parlament.

Il-Ministru qal fil-Parlament li bejn Jannar u Ġunju, 2024 kien hemm 3 każijiet ta’ persuni li ċemplu fejn żvelaw li kellhom bejn 14 u 17-il sena. Fl-erba’ każijiet is-suġġett tas-sejħa kien dwar għajnuna għal dak li prima faciae kien jidher bħala abbuż fuq tfal.

Ekonomija

Sport