F’sitt snin mis-sena 2015 ‘l hawn Malta daħħlet €1.7 biljuni mill-Individual Investment Programme magħruf l-aktar bħala IIP. Dawn il-flus ġew iġġenerati fl-ekjonomija u li minnu qed igawdu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ta dan it-tagħrif bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru Camilleri enfasizza li pajjiżna ma jbigħx ċittadinanza iżda joffri programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Dan il-programm ġie fi tmiemu s-sena l-oħra meta ma baqgħux jintlaqgħu applikazzjonijiet ġodda ta’ residenza għal finijiet tal-IIP.
L-ammont ta’ dawk l-individwi li f’dan il-perjodu, flimkien mal-familji tagħhom għażlu li jinvestu f’Malta u li temmew il-proċess b’suċċess kien 1,432. L-2017 kienet l-iktar sena, bi 369, li fiha kienu proċessati applikazzjonijiet b’suċċess.