Thursday, June 12, 2025

F’sitt xhur saru aktar minn 24,000 MRI

Aqra wkoll

Mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena sa nhar it-Tlieta li għadda saru b’kollox 24,106 MRI. 

Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.

Fil-Parlament, il-Ministru Abela spjega li minn dawn l-MRIs kollha li saru, 3,695 saru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex; 16,535 saru fl-Isptar Mater Dei; 929 saru f’Paola Hub u 2,947 ġew outsourced.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport