Illum qegħdin ngħixu f’soċjetà fejn ħafna, inkluż dawk fil-poter ma jaċċettawx kritika. Jagħmlu minn kollox biex isikktu. Issibhom jindaħlu ‘lhemm u ‘lhawn biex jiċċensuraw jew iwaqqfu lil min hu lest biex jikkritika u jipponta subgħajh. Imma minkejja dak kollu li jsir minn taħt biex titwaqqaf il-kritika, organizazzjonijiet bħal Dwal Ġodda twassal messaġġi simili permezz ta’ dramm tal-passjoni u oħrajn li minn żmien għal żmien jittellgħu mill-għaqda li ta’ kull sena ittella’ fil-Għargħur.
Martin Gauci, li ilu għal ftit aktar minn 50 sena jikteb id-drammi meta tkellem ma’ IT-TORĊA qalilna “din is-sena fid-drama għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira ridna nenfasizzaw li l-ilsien Malti (l-lingwa Maltija) qed jisfa’ imkasbar mill-Maltin stess. U jekk ma nitkellmux il-Malti aħna sew, min se jitkellmu? Hu għalhekk li aħna nagħmlu id-drammi bil-Malti. B’imħabba lejn l-Ilsien Malti. Iżda żidna ukoll siltiet bl-Ingliż kemm għax jiġu barranin għax-xogħlijiet tagħna kif ukoll bħala karba ħerqana li jekk se nitkellmu bl-Ingliż għallinqas nitkellmuh sew. Bil-Ma-nglish jitħawdu saħanistra l-wajers tal-moħħ l-iktar fiż-żgħar tagħna.
It-teatru aktar milli hu mera tas-soċjetà hu ukoll mazza li tonġor. Biex timxi ‘lquddiem, u biex tkun tabilħaqq awtentiku bilfors trid tweġġa’ ftit, toqros bil-ħlewwa, ġieli lilek innifsek stess. Nemmnu li rridu inkunu awtokritiċi b’tali mod li ma nibżgħux inkunu ta’ kuxjenza għalina infusna. Jeħtieġ li inkun ċensur tiegħi innifsi, nitkarrab ma’ sħabi u l-familjari tiegħi biex inkunuli tat-tieni kuxjenza tiegħi. Irrid inkun iċ-ċensur tiegħi innifsi”, saħaq Martin.
Qalilna ukoll li din is-sena id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira ittrata ukoll il-qerda tal-ambjent, il-kilba għall-poter, il-problemi mentali li qegħdin jgħaddu minnhom uħud mill-Maltin u l-qtil politiku li seħħew f’pajjiżna, dejme fid-dawl tal-għuda misħuta/imbierka tas-Salib, skont kif tħares lejha Dawn it-temi missejnihom ukoll fi drammi oħra.
Martin qalilna li “l-ewwel drama li għamilt kien għall-kompetizzjoni tal-Imġarr fl-1972. Konna ġejna it-tielet. Kien jismu ‘Żewġ imħabbiet’. Kienet drama fuq Massimiljani Kolbe. Imbagħad (l-ewwel) bdejt nagħmel koll siltiet mill-skript tal-Ġimgħa l-Kbira. Mhux jien kont Ngħaqqadhom; kien jipperfezzjonahom il-mibki Karmenu Aquilina. L-ewwel skript li ktibt kollu jien kien tal-Ġimgħa l-Kbira fis-sena 1982. Imma kien ilna mill-bidu nett li bdejna nalternaw skripts tiegħi ma’ oħrajn ta’ awturi stabbiliti kemm Maltin u oħrajn barranin.
Fost il-Matlin kien hemm Joe Friġġieri, Lino Grech u Francis Ebejer. Fost il-barranin kien hemm Arthur Miller, Pirandello u Oscar Wilde.”
Itenni li “l-għaqda tagħna Dwal Ġodda taħdem id f’id mal-Knisja. Din is-sena id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira kien jismu “Ma-Ra”. Semmejnieh ‘Ma-Ra’ għax hemm l-ewwel żewġ ittri tal-kelma Mara u l-ewwel żewġ ittri tal-kelma Raġel. Ridna noħorġu it-tematika li huWa biss meta jaħdmu id f’id il-mara u raġel li jkun hemm mixja ‘lquddiem fl-umanità. Jekk ikun hemm taqbida għas-supremazija se jitkissru it-tnejn.
Wara kollox Alla ħalaq il-bniedem xbieha tiegħu. Meta infittxuh fil-Bibbja insibu il-kelmiet ‘ħa noħolqu l-bniedem xbiha tagħna’. U hemmhekk hemm l-ewwel indikazzjoni tal-misteru Trinitarju. Iż-żwieġ hu bejn ir-raġel, il-mara u Alla. Iċ-ċelebrant fir-rit taż-żwieġ hu l-koppja. Ma jfissirx li żwieg li mhux bil-knisja ma jistax jissawwar fi Qdusija. Ma nippretendux li għax Kattoliċi għandna xi monopolju. Qaddis hu Alla biss. Il-bqija kollha kemm aħna qegħdin fil-mixja għall-qdusija. Anki l-knisja hi midinba għax fiha l-midinbin bħali. Hija ukoll Qaddisa għax Qaddis hu dak li waqqafha.”
Saħaq li “fl-aħħar senten ħadna t-tematika ta’ San Franġisk. Għamilna diġa żewġ drammi. L-ewwel meta irċieva l-pjagi. U t-tieni ritratta l-mewt tiegħu. It-tielet drama se tkun fuq il-famuża għanja tal-ħolqien fid-dawl tal-angst ta’ żmienna. Nittamaw li din issir f’Ottubru.”
Jisħaq li “tul il-dramm ta’ din is-sena għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira, il-katalist kien personaġġ misterjuż. Kultant [dan il-personaġġ misterjuż] iwaddab dikjarazzjoni; biex tgħaxxaqha l-persunaġġ kienet mara li toħroġ (u joħroġ) bi kwotazzjoni fejn l-inqas mistennija tul l-iskript:, rigwarda l-ambjent, il-kilba għall-poter. Il-problemi mentali li qegħdin jgħaddu minnhom uħud mill-Maltin, il-qtil politiku li seħħew f’pajjiżna. Il-ħidma għall-paċi li għandu jwettaq il-Malti u l-Għawdxi; imma ma nistgħux nissieltu għall-paċi internazzjonali jekk aħna ma nkunux fil-paċi bejnietna aħna stess. Dan il-personaġġ misterjuż jidher ċar li kien ispirat mill-għaxar punti li ħarġet bihom il-President tar-Repubblika fid-diskors inawgurali tagħha. Dak id-diskors ispirana.”
Martin kompla jgħidilna li “mhux l-ewwel darba li qalulna ‘hemmhekk x’għamiltu?’. Din is-sena id-dramm għall-ewwel darba mexxietu mara. Jerġa’ mill-iskript oriġinali nissopponi li biddilt fuq 30 fil-mija minnu ful xewqat ta’ sħabi jew minħabba esiġenzi teatrali. Jien llum għandi armajn 71 sena u sħabi jifhmu li jeħtieġ jieħdu ir-riedni f’idejhom. jtemm jgħidilna Martin.