Friday, March 14, 2025

F’Taċ-Ċumnija l-KSI se tinvesti fl-aqwa teknoloġija biex tirdoppja t-trattament tad-drenaġġ 

Aqra wkoll

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija mpenjata li fl-estensjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’taċ-Ċumnija, fil-Mellieħa, tagħmel l-għażliet li huma l-aktar sensibbli ambjentalment, filwaqt li timplimenta dan il-proġett importanti għat-trattament taddrenaġġ f’pajjiżna.

Il-KSI marret għal teknoloġija li teħtieg aktar investiment imma taċċerta l-anqas użu ta’ art possibli. Il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €33 miljun, se jara wkoll il-produzzjoni ta’ iktar New Water li minnu se jgawdu mijiet ta’ bdiewa fit-tramuntana tal-pajjiż, li fil-maġġoranza tagħhom diġa’ huma mqabda mas-sistema ta’ New Water u li permezz tal-proġett se jkollhom iktar ilma disponibbli
għalihom.

Dan l-investiment huwa parti mill-pjan nazzjonali ta’ investiment ta’ 310 miljun ewro kofinanzjat mill-UE. L-impjant taċ-Ċumnija nbena f’dan il-post fl-2008 u ladarba kienet meħtieġa żieda fil-kapaċità tattrattament tad-drenaġġ, hija meħtieġa estensjoni mal-faċilità eżistenti.

Dan għaliex hekk ifisser ukoll li l-art meħtieġa tkun limitata. Il-kapaċità ta’ trattament tal-impjant se tkun aktar minn irduppjata. Il-produzzjoni ta’ New Water se tiżdied bi 8,000 metru kubu kuljum.

Dawn id-dettalji kienu diskussi mit-tmexxija tal-Korporazzjoni ma’ rappreżentanti tal-Għaqda Bdiewa Attivi li saret aktar kmieni illum. Il-Korporazzjoni għamlet ukoll stedina lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Matul il-laqgħa kien spjegat il-bżonn u benefiċċju ta’ dan il-proġett, inkluż għall-ambjent, kif ukoll li kif il-post fejn jinsab l-impjant poġġa numru ta’ limitazzjonijiet fejn setgħet issir l-estensjoni. Fil-proċess kienu kkunsidrati u segwiti numru ta’ liġijiet ambjentali u l-proċessi marbuta magħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-KSI, Karl Cilia, spjega l-impenn tal-Korporazzjoni biex filwaqt li jsir il-proġett ta’ interess nazzjonali, dan isir bl-iktar mod sostenibbli. “Biex tiżgura li jkun hemm bżonn l-inqas ammont ta’ art agrikola, il-KSI għażlet li tuża t-teknoloġija ta’ Membrane Biological Reactor (MBR) għall-espansjoni. Permezz tal-użu ta’ din it-teknoloġija, limpjant attwali ta’ 12,000 sq.m se jiżdied fid-daqs b’madwar 6,500 sq.m. Dan ifisser li għalkemm ilkapaċità tat-trattament tal-impjantse tirdoppja, iż-żona tal-impjant mhux se jkollha bżonn tirdoppja
fid-daqs, u dan proprju minħabba l-għażla tal-KSI li tmur għall-użu tat-teknoloġija MBR,” spjega lKap Eżekuttiv.

“Ta’ min jinnota li l-użu tat-teknoloġija MBR huwa vantaġġuż, peress li, minbarra li hija soluzzjoni kompatta li teħtieġ inqas użu tal-art, u hija aktar nadifa u tipproduċi inqas sludge. Telimina wkoll stadju interim ta’ pproċessar fil-produzzjoni ta’ New Water,” kompla jispjega l-Kap Eżekuttiv.

Dan l-impjant għandu mqabbad miegħu kilometri ta’ networks ta’ pajpjiet ta’ drenaġġ li ġew upgraded matul is-snin. Miegħu hemm ukoll imqabbad in-network ta’ New Water li qed jitma ttramuntanta tal-pajjiż.

Iż-żona li fuqha huwa ppjanat li ssir l-espansjoni ntgħażlet b’konsultazzjoni sħiħa mal-awtoritajie rilevanti, inkluż l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u l-għażla saret b’tali mod li l-espansjoni issir bl-inqas impatt ambjentali u bl-inqas impatt fuq żoni li jgawdu protezzjoni ambjentali għolja.

Mill-informazzjoni li l-WSC kisbet mill-Awtorità tal-Artijiet jirriżultat li huma 1,400 metru kwadru biss minn 6,500 metru kwadru ta’ art li qed jintużaw għal skopijiet agrikoli. Huma t-tnejn is-sidien ta’ dawn l-1,400 metru kwadru huma. Il-kumplament huma propjetà tal-Gvern.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport