Friday, November 15, 2024

“Ftaħtuha l-gazzetta dalgħodu? Għandna ċans u mela m’għandniex?”

Aqra wkoll

Waqt attività Politika f’Tas-Sliema, id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li hi u tħabbat il-bibien jistaqsuk “x’taħseb? X’se nagħmlu? Għandna ċans?”

Buttigieg żiedet tgħid “Ftaħtuha l-gazzetta dalgħodu? Għandna ċans u mela m’għandniex imma ma ngħaġġlux u nibqgħu saqajna mal-art”.

Hija sostniet li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għandhom id-dmir li tikkonvinċi lin-nies li mhux biss twarrab lill-Partit Laburista, iżda tagħżel lill-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.

Buttigieg qalet li l-Partit Laburista u l-Prim Ministru maqgħin mir-realtà u issa qiegħed jibatu ċekk biex jixtri lin-nies bi flus li huma tagħhom.

Sostniet li pajjiżna qiegħed jifhem lil min ġenwinament iħobb u jixtieq il-ġid għal Malta u Għawdex.

Buttigieg qalet li hi ma tista’ taqta’ qalbha qatt meta tara l-entusjażmu tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u meta tara x-xewqa tan-nies li żżur biex ikunu parti mill-bidla.

Ekonomija

Sport