Fl-ewwel negozjati wiċċ’im wiċċ li qegħdin isiru bejn l-Ukranja u r-Russja, jidher li hemm l-ewwel forma ta’ ftehim. Dan jinkludi li kull naħa jeħilsu 1,000 priġunier li bħalissa jinsabu maqbudin minħabba l-gwerra.
S’issa ma ġietx stabbilita data ta meta se jsir dan it-trasferiment, iżda uffiċjali Ukreni qalu li dan se jsir mingħajr il-midja.
Il-President Ukren talab biex ikun hemm taħdidiet diretti mal-President Vladimir Putin fejn Moska qalu li ħadu nota ta’ din it-talba.