Friday, June 21, 2024

Ftehim dwar il-ħatra ta’ Sindku u Viċi-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Il-Kunsilliera eletti f’isem il-Partit Laburista ser jagħtu l-appoġġ tagħhom għan-nomina ta’ Steve Zammit Lupi, Kunsillier Indipendenti, biex iservi bħala Sindku fil-lokal ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-ħames snin li ġejjin.

Dan il-ftehim intlaħaq wara diskussjonijiet li poġġew fuq quddiem l-interess tal-lokal, fejn ġie anke miftiehem li l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista għal-lokal, flimkien mal-programm tas-Sur Zammit Lupi ser iservu bħala l-programm ta’ ħidma tul il-leġiżlatura għall-Kunsill Lokali.

Ġie miftiehem ukoll li Joseph Agius, il-Kunsillier elett f’isem il-Partit Laburista bl-akbar ammont ta’ voti ser iservi bħala Viċi-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-ħames snin li ġejjin.

Il-Partit Laburista jawgura lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-ħidma tiegħu b’risq il-komunità u r-residenti tal-lokal.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport