Saturday, December 21, 2024

Ftehim kollettiv ġdid fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-impjegati fil-gradi mhux klerikali

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u t-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmaw ftehim kollettiv ġdid li jkopri l-gradi mhux klerikali għas-snin 2020-2023.

Il-ftehim ikompli jibni fuq il-kisbiet tal-passat, filwaqt li jiżgura l-bżonn kontinwu ta’ aktar effettività u effiċjenza. Dan jinkludi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, jiġifieri żidiet fis-salarji u l-benefiċċji. Ġie introdott ukoll xift ġdid għall-uffiċjali tas-sigurtà.

Is-Segretarja tat-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin, esprimiet il-gratitudni tagħha għal dawk kollha li kkontribwew matul id-diskussjonijiet biex jiffinalizzaw in-negozjati. Hija qalet li l-union tistenna bil-ħerqa li tkompli ttejjeb ir-relazzjoni tax-xogħol mal-Bank Ċentrali għall-ġid tal-membri tagħha.

F’isem il-Bank, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Prof. Edward Scicluna, qal li l-armonija industrijali hija tajba kemm għall-impjegat kif ukoll għal min iħaddem. F’dan ir-rigward qal li: “il-Bank se jkompli jikkollabora mal-union dwar modi kif ittejjeb il-prattiki tax-xogħol għall-impjegati tiegħu.”

Ekonomija

Sport