Monday, December 23, 2024

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Reġistru tal-Artijiet

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-gradi Maniġerjali fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Dan il-ftehim kollettiv, li huwa l-ewwel wieħed f’din l-Aġenzija, se jtejjeb il-pakkett finanzjaru kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. 

Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, Charles Attard, saħaq li l-pakkett maqbul se jkun ta’ aktar motivazzjoni għall-ħaddiema li għandhom xogħol kumpless u ta’ responsabbiltà kbira. 

Min-naħa tagħha, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi, Riccarda Darmanin irringrazzjat lil dawk kollha li taw sehemhom speċjalment ir-rappreżentanti tal-ħaddiema li kienu kruċjali waqt in-negozjati kif  ukoll lis-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney u lis-Sur Charles Attard tal-koperazzjoni.  

Il-ftehim kollettiv kien iffirmat fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Charles Attard u f’isem il-General Workers Union, minbarra s-Segretarju Riccarda Darmanin kienu preżenti l-assistent Segretarju, Paul Micallef kif ukoll  Ian Meli u Malcolm Pisani bħala rappreżentanti tal-ħaddiema.

Ekonomija

Sport