It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers Union, iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-erba’ snin li ġejjin, għall-ħaddiema tal-University Broadcasting Ltd li taħtha għandha l-Campus FM.
F’dan il-ftehim kollettivhemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fosthom tal-pakkett finanzjarju. Għall-Università ffirmaw iċ-Chairman tal-kumpanija u r-Rettur tal-Università l-Professur Alfred J. Vella u d-Direttur is-Sur Simon Sammut.
Is-Segretarju tat-Taqsima is-Sinjura Riccarda Darmanin u s-shopsteward is-Sur Redent Abdilla iffirmaw f’isem il-GWU. Is-Sinjura Darmanin ħadet l-opportunità sabiex trodd ħajr lil dawk kollha li taw sehem sabiex id-diskussjonijiet jintemmu b’suċċess għall-benefiċċju tal-impjegati tar-radju.