Sunday, December 22, 2024

Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati ta’ Toly Products

Aqra wkoll

Wara li n-negozjati dwaru kienu ġew sospiżi minħabba l-pandemija tal-Covid 19, il-ftehimn kollettiv għall-impjegati tal-kumpanija Toly Products ġie konkluż u ffirmat fil-jiem li għaddew. Dan il-ftehim jiskadi fil-31 ta’Diċembru 2025 u daħal fis-seħħ b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2020.

Permezz ta’ dan il-ftehim kollettiv l-impjegati tal-kumpanija se jgawdu mhux biss minn pagi aħjar u benefiċċji finanzjarji oħra imma wkoll minn kundizzjonijiet tax-xogħol itjeb kif ukoll minn ambjent aħjar tax-xogħol.

Fil-fatt, il-ftehim jinkludi fih klawsoli ġodda li jippermettu li l-pagi jkunu għab-bażi tal-ħiliet tal-l-impjegati. Fil-kuntest ta’ dan il-kumpanija kkommettiet li toffri t-taħriġ lill-impjegati tagħha bilgħan li jkabbru u jtejbu l-ħiliet li diġa għandhom.

Minbarra li jipprovdi għal iżjed flessibilita fix-xogħol, il-ftehim kollettiv jagħti każ ukoll il-miżura tas-saħħa u sigurta bilgħan li l-impjegati jkollhom ambjent tax-xogħol ħieles minn kull periklu.

Għal kumpanija Toly Products il-ftehium kien iffirmat minn Andy Gatesy, Chairman u Kap Eżekuttiv, Stephen Vella, Uffiċjal Ewlieni għar-Riżorsi Umani, Nicholas Xuereb Uffiċjal Finanzi, u Danica Ann Attard HR Business Partner.

Għat-Taqsima Kimika u enerġija tal-GWU l-firmatarji kienu Rita Dimech, Segretarju tat-Taqsima u David Aquilina, Desiree Cassar, Romina Pace Vella, Christopher Richard u Mario Sammut rapprezentanti tal-ħaddiema  membru tal-GWU fil-kumpanija.

L-iffirmar ta’ dan il-ftehim kollettiv ġdid huwa xiehda tar-relazzjonijiet mill-aqwa li ilhom jeżistu bejn iż-żewġ naħat. Huwa wkoll prova li Toly Products u l-GWU lesti li jkomplu jaħdmu flimkien fil-ġejjieni b’risq l-impjegati u l-kumpanija.

Ekonomija

Sport