Monday, December 23, 2024

Ftehim Kollettiv Ġdid iffirmat bejn il-GWU u Comtec Service Ltd.

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) flimkien mal-amministrazzjoni ta’ Comtec Service Ltd. iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll il-pagi tal-impjegati kollha tal-kumpanija.

Comtec, kumpanija Maltija li ilha topera mill-1967, toffri servizzi professjonali għal kontroll mill-insetti għal ambjent iġeniku fid-djar, uffiċċji u negozji madwar Malta u Għawdex. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-impjegati kollha se jibbenefikaw minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi żidiet fil-paga.

Il-Ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija, Rita Dimech u x-Shop Steward Keith Greengrass, filwaqt li l-General Manager Joannie Mifsud iffirmat f’isem il-kumpanija.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport