Friday, April 19, 2024

Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema fi ħdan il-Kunsill tal-Malta College for Science and Technology u Esplora

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ġie ffirmat l-ewwel  ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Kunsill tal-MCST (Malta College for Science and Technology) u Esplora fil-kumpless ġewwa l-Kalkara. Dan ġie ffirmat mic-Chairman Dr Jeffrey Pullicino Orlando u s-Sur Stephen Fenech, Direttur tar-Riżorsi Umani, għan-naha tal-MCST/Esplora waqt li f’isem il-General Workers Union, iffirmaw s-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi  is-Sinjura Riccarda Darmanin u s-shop steward Mark Farrugia.  Dan il-ftehim li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-MCST/Esplora, hu riżultat ta’ xhur  ta’ negozjati twal u ebsin li saru f’ambjent kordjali bejn iż-żewg partijiet.

Il-Union tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex id-diskussjonijiet jintemmu b’suċċess fosthom ic-Chairman Dr Jeffrey  Pullicino Orlando, is-Sur Fenech u il-bqija tat-tim tan-negozjar li kien jikkonsisti fl-impjegati tad-dipartiment tar-Riżorsi Umani, u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema Mark Farrugia u George Bugeja. 

L-Union temmet trodd ħajr lill-impjegati membri tagħha għall-fiduċja u s-support li huma taw meta unanimament ivvutaw għall-istess ftehim kollettiv li ser jagħti aktar stabbilita’ lill-ħaddiema billi jtejjeb il-kundizzjonijiet preżenti tax-xoghol kif ukoll ikompli jkabbar ir-relazzjoni tajba mal-General Workers Union.

Sport