Tuesday, December 24, 2024

“Ftehim kollettiv li se jtejjeb is-servizz tal-qrati tagħna”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tragward importanti mhux biss għall-ħaddiema imma anke għalina bħala gvern.” Iddikjara dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard fl-indirizz tiegħu dwar l-iffirmar tal-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.

Il-Ministru qal li mingħajr il-ħaddiem fiċ-ċentru ma jistgħux isiru r-riformi li jkomplu jtejbu s-servizz fil-qrati ta’ pajjiżna.

Attard qal li minbarra li qed jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema preżenti, dan il-ftehim se jgħin biex ir-riżorsi umani fil-qrati jissaħħu fiż-żmien li ġej.

Il-Ministru tenna l-impenn li jibqa’ jinġibed ħabel wieħed biex ikun żgurat li l-ġustizzja ssir, tkun qiegħda tidher li qiegħda ssir u li fuq kollox issir fi żmien raġjonevoli.

Ekonomija

Sport