Saturday, December 6, 2025

Ftehim li jsaħħaħ il-karrieri tal-ħaddiema kif ukoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom

Il-GWU tiffirma Ftehim Kollettiv ma’ MEDAVIA

Aqra wkoll

Dan il-ftehim kollettiv ġdid ma’ MEDAVIA, li beda jiġi nnegozjat aktar kmieni din is-sena, qed jagħti salarji, kundizzjonijiet u allowances aħjar, kif ukoll benefiċċji aktar stabbli għall-ħaddiema ta’ din il-kumpanija.

Wara votazzjoni li rat parteċipazzjoni qawwija mill-membri, il-Ftehim Kollettiv il-ġdid ġie approvat b’mod assolut. Ftehim Kollettiv li kompla jibni fuq il-kundizzjonijiet u l-pagi li kienu diġà fis-seħħ, u saħħaħ b’mod sinifikanti d-drittijiet u l-pakkett ta’ benefiċċji inkluż allowances għal kull min jaħdem ma’ din il-kumpanija.

“Aħna konxji ferm kemm din hija industrija importanti għall-pajjiż u għall-ħaddiema tagħna. Permezz ta’ dan il-Ftehim Kollettiv ġdid, il-General Workers’ Union flimkien mal-Mediterranean Aviation Company Limited (MEDAVIA) waslu għal qbil li mhux biss isaħħaħ il-karrieri tal-ħaddiema, iżda wkoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom,” qal is-Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni Jurgen Azzopardi.

Għall-iffirmar tal-ftehim, kienu preżenti Jurgen Azzopardi, Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni u Kyle Schembri, Ryan Bugeja u Rowena Vella bħala rappreżentanti tal-ħaddiema filwaqt li min-naħa tal-kumpanija ffirmaw Ramah Ettir – General Manager, Steven Dutton – HR Manager u Christopher Brincat – Head of Finance.

Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja.

Is-Segretarju Jurgen Azzopardi rringrazzja b’mod speċjali lill-Kumitat li ħadem b’determinazzjoni fuq dan il-Ftehim Kollettiv, lill-kumpanija għall-kooperazzjoni kontinwa tagħha, u fuq kollox lill-ħaddiema għall-fiduċja li wrew fit-Taqsima tal-GWU matul dan il-proċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport