Sunday, November 24, 2024

Ftehim li se jsaħħaħ u jinċentiva ir-riċerka fl-Università

Aqra wkoll

Permezz ta’ ftehim li ġie fis-seħħ, fit-8 ta’ Ottubru 2021, il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Università ta’ Malta u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija  kkommettew ruħhom li b’diversi skemi jsaħħu u jinċentivaw ir-riċerka fl-Università fil-livell ta’ Post Dottorat f’kollaborazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi differenti. F’pass li jitqies bħala wieħed bla  preċedent, dawn l-iskemi għandhom l-għan li jivvalorizzaw l-istess riċerka bażika f’setturi bħax xjenza u l-inġinerija innovattiva filwaqt li jippromwovu riċerka ta’ kwalità fis-setturi ekonomiċi  ewlenin tal-pajjiż. 

Dan il-ftehim se jwassal għat-tisħiħ tas-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni u seta’ jiġi fis-seħħ wara  numru ta’ laqgħat li saru mal-entitatjiet ikkonċernati, fejn ġew diskussi l-isfidi u n-nuqqasijiet  eżistenti u ntlaqgħu suġġerimenti sabiex jiġu indirizzati bl-aħjar mod possibbli. 

Din il-kollaborazzjoni se twassal għall-ħolqien ta’ tliet skemi ta’ riċerka ewlenin: 

• Skema b’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi; 

• Skema li tagħti l-opportunità lill-individwi li jagħżlu l-qasam tar-riċerka huma stess  f’kollaborazzjoni mal-Università u/jew entità privata; 

• Skemi oħrajn individwali mill-partijiet interessati f’oqsma ekonomiċi ewlenin anke f’kollaborazzjoni ma’ universitajiet barranin. 

Dan il-ftehim ikompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u s-settur privat għat-tixrid tal għarfien ,filwaqt li joħloq opportunitajiet akbar ta’ riċerka għall-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudji  tagħhom f’pajjiżna stess u li, permezz tal-istess riċerka mwettqa, jinħolqu iktar opportunitajiet ta’  xogħol. 

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici li ppresjeda l-iffirmar ta’  dan il-ftehim sostna li, “Permezz ta’ dan il-ftehim, qed nagħmlu pass importanti fid-direzzjoni t-tajba  biex il-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u l-entijtajiet privati tissaħħaħ u għaldaqstant qed inwittu t triq għal ekosistema robusta ta’ riċerka u innovazzjoni f’pajjiżna li hi t-triq ’il quddiem għall-ġid tal poplu kollu.”

Il-Pro-Rettur għar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien tal-Università ta’ Malta Prof Ing. Simon  Fabri qal li, “Dan il-ftehim bejn l-Università, il-Ministeru u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l Industrija jservi ta’ bażi soda għat-tisħiħ tar-riċerka fl-Università fil-livell ta’ Post-Dottorat  b’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi. Inħarsu ’l quddiem biex nagħtu bidu għal aktar skemi  għar-riċerka ta’ dan it-tip li jkomplu jivvalorizzaw is-soċjetà u l-ekonomija.” 

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija Marisa Xuereb saħqet li, “Il-Kamra  tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ilha taħdem favur kollaborazzjoni bejn l-industrija u l akkademja għal numru ta’ snin. Għaldaqstant, ninsabu kuntenti li qed naraw skema ta’ appoġġ bħal  din tiġi introdotta f’livell ta’ Post-Dottorat, u nittamaw li din l-inizjattiva tkompli tikber u tissaħħaħ  fis-snin li ġejjin. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċ-ċavetta għall-futur tan-negozji tagħna. In-numru  ta’ riċerkaturi lokali żdied mhux ħażin f’dawn l-aħħar snin, u hemm ħafna potenzjal li għad irridu  niżviluppaw. Wasal iż-żmien li ninvolvu lil dawn l-imħuħ promettenti f’riċerka li tista’ tassew tgħin  lin-negozji tagħna jkunu aktar kompetittivi u nagħtu lil dawn ir-riċerkaturi l-opportunitajiet li jagħmlu  differenza tanġibbli.”

Sport