L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qiegħda tirraporta li kien hemm ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-grupp Ħamas u Iżrael.
Qed jiġi rraportat li l-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti Steve Witkoff offra proposta u din ġiet aċċettata mill-grupp Ħamas u anke minn Iżrael.
Il-proposta hi li jinħelsu l-għaxar ostaġġi li baqa’ ħajjin u huma miżmumin mill-Ħamas kif ukoll waqfien mill-ġlied għal 70 jum.
Jirriżulta li b’dan il-ftehim Iżrael se jkun qiegħed jirtira minn partijiet f’Gaża.