Il-goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Donnarumma laħaq ftehim fuq termini personali ma’ Manchester City.
L-eks gowlkiper ta’ AC Milan se jiffirma kuntratt fit-tul mal-klabb Ingliż, filwaqt li bħalissa għaddejjin ukoll taħditiet ma’ Paris Saint-Germain dwar il-miżata totali tat-trasferiment. Dan il-ftehim jiddependi fuq il-futur ta’ Éderson, li jista’ jitlaq lil The Citizens fis-sajf li ġej. Donnarumma, li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa gowls fid-dinja, jista’ jkun qed iħejji għal esperjenza ġdida fil-Premier League.