Monday, July 28, 2025

F’temp ta’ 72 siegħa is-servizzi tal-ambulanza wieġbu għal kważi 600 sejħa

Aqra wkoll

F’perjodu ta’  72 siegħa, is-servizzi tal-ambulanza wieġbu għal kważi 600 sejħa. Fosthom: 60 pazjent kienu qed isofru minn mard jew ġrieħi li jheddu l-ħajja immedjatament u 18 salvataġġ kumpless interagenzija jew operazzjoni speċjali twettqu mit-timijiet dedikati. Dan il-livell ta’ rispons juri r-rwol essenzjali li għandhom is-servizzi tal-emerġenza biex jipproteġu l-ħajjiet ta’ kuljum.

Dan kien il-messaġġ li twassal mill-paġna tal-Isptar Mater Dei, fejn ġie appella sabiex il-pubbliku  juża s-servizzi tal-emerġenza b’mod għaqli. Intqal li ċ-ċifra 112 għandha tintuża biss għal emerġenzi veri, għax kull sejħa mhux meħtieġa tista’ tfixkel il-ħidma u ttardja l-għajnuna għal min verament għandu bżonn.

Fl-istess messaġġ, intqal ukoll; “Ejja nagħmlu lkoll il-parti tagħna biex nappoġġjaw lil dawk li jaħdmu biex isalvaw il-ħajjiet. Mhux kull sintomu huwa emerġenza… imma xorta jixraqlek li tirċievi l-aqwa kura. Ċempel 1400 jekk m’intix ċert x’għandek tagħmel. Se titkellem direttament ma’ professjonist fil-kura tas-saħħa  – mhux ma’ call centre. Huma se jevalwaw is-sintomi tiegħek, jiggwidawk lejn l-aktar klinika adattata”

Dwar is-servizz tan-numru 1400, ġie spjegat li dan hu servizz veloċi, li jagħtik serħan il-moħħ, u mfassal biex jgħin lil dak li jkun jirċievi l-kura t-tajba mingħajr stennija twila.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport