Saturday, July 5, 2025

F’Texas: Imutu iktar minn 20 persuna kawża ta’ għargħar 

Aqra wkoll

L-għadd ta’ mwiet kawża ta’ għargħar f’daqqa fin-nofsinhar ċentrali ta’ Texas tela’ għal 24 persuna. Dan ġie kkonfermat minn uffiċjali li qegħdin fuq il-post, hekk kif bħalissa għadha għaddejja it-tfittxija għal mill-inqas 20 tifla nieqsa minn kamp tas-sajf.

F’konferenza stampa il-Ġimgħa filgħaxija ġie spjegat li t-timijiet ta’ salvataġġ fittxew residenti mitlufin fir-reġjun fil-majjistral ta’ San Antonio. Waqt l-istess konferenza ingħad li 23 mill-24 persuna li tilfu ħajjithom kienu tfajliet. 

Ingħad li dawn it-tfajliet kienu fil-kampijiet minħabba li issa fis-sajf kienu qed jattendu għal xi kamp tas-sajf iddedikat apposta għat-tfajliet biss.  Il-Gvernatur ta’ Texas Greg Abbott qal li għaddejja bla waqfien il-ħidma ta’ tiftix u salvataġġ u appella għat-talb.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddeskriva dan l-għargħar bħala sitwazzjoni terribbli u xokkanti 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport