Tuesday, December 24, 2024

Ftit aktar minn 200 każ attiv f’pajjiżna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew tmien każi ġodda ta’ Covid-19 mentri kien hemm 23 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 204. 

L-ammont ta’ mwiet huwa 461 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 69 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Bħalissa hemm disa’ pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 875,862 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 49,953 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport