Saturday, October 12, 2024

Ftit sigħat biss ‘il bogħod mill-finali tal-Miss u Mister Supranational Malta 2022

Aqra wkoll

Bosta mudelli jinsabu ħerqanin sabiex igerbu l-aħħar ftit sigħat u jasal il-mument li jitilgħu fuq il-palk, hekk kif illum hu l-jum li fih se jsir il-finali tal-Miss u Mister Supranational Malta 2022. L-attività se ssir fl-Auditorium ta’ Sant’Agatha, ir-Rabat, b’xandira diretta li tibda fid-8:45pm fuq Net TV.

F’dan il-konkors tas-sbuħija, b’direzzjoni ta’ Lorraine Sultana u Jean Zammit, se jkunu qed jipparteċipaw 38 mudell/a, li minnhom se jintgħażlu żewġ rebbieħa. Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra kienu Shailey Micallef u Raffael Fiedler.

Iż-żewġ rebbieħa ta’ dan il-konkors tas-sbuħija se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-Polonja, waqt il-konkors internazzjonali ta’ Miss u Mister Supranational f’Lulju li ġej.

Sport