Wednesday, October 22, 2025

Fulham iridu jġeddu lil Marco Silva

Aqra wkoll

Il-kowċ Marco Silva ingħaqad ma’ Fulham fl-2021 u mill-ewwel mexxa lit-tim għat-titlu tal-Championship fl-ewwel staġun tiegħu. Il-Portugiż irnexxielu jikkonsolida l-pożizzjoni ta’ Fulham fil-Premier League u fl-istaġun li għadda kiser rekord tal-klabb b’54 punt fil-kampjonat Ingliż. Issa l-“Cottagers” jixtiequ joffrulu kuntratt ġdid għalkemm it-taħditiet dwar dan it-tiġdid għadhom ma bdewx.

Silva għandu 48 sena u fil-karriera tiegħu mexxa lil Estoril, Sporting CP, Olympiakos, Hull City, Watford u Everton.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport