Saturday, September 14, 2024

Fulham jakkwistaw lil Timothy Castagne 

Aqra wkoll

Fulham għadhom kemm kisbu s-servizzi tal-eks plejer ta’ Atalanta Timothy Castagne. Dan tal-aħħar kien qed jilgħab ma’ Leicester fejn kien ilu reġistrat magħhom sa mis-sena 2020 iżda fi tmiem l-istaġun li għadda, l-affarijiet xejn ma marru tajjeb tant li t-tim safa’ relegat għal The Championship.  

Castagne mar fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Twitter sabiex qal li se jkun qed jilbes il-flokk numru 21 u sostna kemm jinsab ħerqan li jerġa’ jilgħab fil-kampjonat Premier Ingliż.  

Ekonomija

Sport