Wednesday, October 9, 2024

Fulham viċin li jiffirmaw lil Lucas Ocampos

Aqra wkoll

Wara li l-attakkant Alexander Mitrovic ingħaqad ma’ Al Hilal fl-Arabja Sawdija, Fulham qed ifittxu attakkant ieħor u jidher li jinsab pass bogħod milli jirreġistraw lil Lucas Ocampos ta’ Seville. Dan it-trasferiment mistenni jiswa lit-tim Ingliż is-somma ta’ €13-il miljun.

L-eks plejer ta’ Genoa, li kien qed jiġi mfittex ukoll minn Fenerbache, hu plejer Arġentin li spikka ferm fil-kampjonat La Liga Spanjola u jittama li jħalli l-marka tiegħu fil-Premier League Ingliż.

Sport