Friday, December 27, 2024

Furur fuq il-midja għal proposta ta’ żvilupp ta’ farmhouse f’Wied Għeriexem

Aqra wkoll

“L-awtoritajiet għandhom jimmultaw lil min iressaq applikazzjonijiet simili aħseb u ara kemm tapprova dawn il-ħniżrijiet” u “Dieqa kuljum naraw biċċa oħra titnaqqar. Min jaf kemm kemm il-petizzjoni niffirmaw kuljum u dawn l-iżviluppi jibqgħu jiġu approvati madwar il-pajjiż kollu”. Dawn kienu tnejn mill-kummenti li segwew sejħa biex il-komunità Rabtija tiffirma petizzjoni kontra l-proposta ta’ żvilupp (PA/03147/23) għall-bini ta’ farmhouse fuq sular wieħed f’Wied il-Għerieem, fl-istess lokalità.

Il-Kunsill Lokali tar-Rabat wkoll qed jieħu pożizzjoni kontra dan l-iżvilupp propost tant li qiegħed ixerred din l-istess petizzjoni.

Din iż-żona kollha tal-wied hija klassifikata bħala spazju miftuħ ta’ valur għoli u z-żona hija wkoll mħarsa bil-liġi ambjentali minħabba l-importanza ekoloġika tal-post.

Dawk li jixtiequ joġġezzjonaw jistgħu jagħmlu dan sal-15 ta’ dan ix-xahar minn din il-ħolqa https://www.pa.org.mt/en/representationform?CaseFullRef=PA%2F03147%2F23&SystemKey=272422&target&fbclid=IwAR28TCAfV-uiKyQqkkvz9L0-bxXdv0TQr_WX8Lv6LoKzq3lE3MP7uAOIfmM

Ekonomija

Sport