Erba’ timijiet għaddew għas-semifinali tal-Maltese Cross Futsal League organizzat mill-Futsal Malta Association. Fil-fatt, Swieqi, Luxol, Marsaskala u Ħamrun għaddew għal mal-aħħar erba’ tal-kompetizzjoni wara li temmew fl-ewwel żewġ postijiet tal-gruppi rispettivi tagħhom.
F’sezzjoni A, St Andrew’s spiċċaw b’punti massimi wara li għelbu lil Santa Margherita 5-3 filwaqt li Ħamrun rebħu 12-5 lil AFC Super.
F’sezzjoni B, Marsaskala għelbu lill-Universita’ ta’ Malta 3-0 bi Swieqi United baqgħu bir-rekord perfett tagħhom wara li ddominaw għal kollox il-logħba lil Col Magic u rebħu 18-1.
Fis-semifinali ta’ nhar l-Erbgħa li ġej, fis-6.15pm Swieqi jaffrontaw lil Ħamrun filwaqt li fit-8.15pm, Luxol għandhom impenn kontra Marsaskala.
Eventwalment fid-19 t’April tintlagħab il-finali fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
KLASSIFIKA FINALI – SEZZJONI A
Swieqi United 15, Marsaskala 10, LiverMalti 9, University of Malta 6, Col Magic 3, Malta Matadors 0,
KLASSIFIKA FINALI – SEZZJONI B
St Andrew’s 15, Ħamrun 12, Santa Margherita 9, Gżira Utd SC 6, AFC Super 3, Blackbulls 1.