Monday, October 28, 2024

Futsal: Lija Athletic jiddominaw il-konfront kontra Qrendi

Aqra wkoll

Lija Athletic kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fil-Fuel 10K Under 16 Youth Futsal League wara li għelbu lil Qrendi 12-0.

Kif jindika l-iskor, Lija ddominaw dan il-konfront fejn kellhom lil Luke Ciantar li skorja hat-trick, b’Rhys Mark Attard u Melvin Perry awturi ta’ doppjetta. Ryan Abela, Andrea Cachia, Jacques Camilleri, Marek Debrincat u Jeremy Saliba żiedu aktar gowls għal Lija.

Rhys Mark Attard ta’ Lija ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tal-logħba.

Sliema Wanderers għelbu lil Pieta’ Hotspurs 2-1.

Kienet partita ferm pjaċevoli u bilanċjata għalkemm kienu l-Blues li ħadu t-tliet punti finali.

Zac Borg poġġa lil Pieta’ minn fuq sabiex Paul Cassar ġab id-draw għal Sliema. Alexander Sammut skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għall-istess Slimiżi.

Jacques Pace kien ivvutat bħala l-aqwa plejer tal-logħba.

Sadanittant il-Fuel 10K Under 16 Youth Futsal League ikompli llum b’żewġ partiti fejn Zabbar jilagħbu kontra St Andrews filwaqt li Naxxar Lions jaffaċċjaw lil Marsaskala.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport